
Karattru ġdid, mimli praspar! L-istejjer ta’ Kaħlani jlaqqgħukom ma’ fatat fuq tiegħu u sħabu l-fatati l-oħrajn. Kollha jgħixu fl-Istazzjon tal-Ferrovija ta’ Birkirkara. Kollha għandhom ħafna stejjer ikkuluriti u f’dan il-ktieb issibu tnejn minnhom. Jekk xi ħadd isaqsik rajtx xi wieħed minnhom: 1. SPARIXXI 2. TGĦID XEJN! Ktieb li juża l-font EasyReading, tipa b’leġġibbiltà faċli, ta’ għajnuna għal tfal bid-dislessja.