
Sitt adolexxenti... Ġuvni misterjuż... Skola waħda... Djar differenti... Ħafna emozzjonijiet... Messaġġi... Noti blu... Is-sena skolastika 2019/2020... Logħba mal-inviżibbli... Julia u Sarah, Andy u Zak, Kane, u fl-isfond, bħal fatat li ma tintebaħx bih ħlief mill-fewġa tinten li jġib miegħu, hemm Gordon. Jien naf lil min trid inti. Naf lil min tiffansja, avolja ma tgħid xejn. Narak kif tħares lejh. Fis-27 ta' Jannar se ngħinek! Li se nagħmel, se nagħmlu għalik.