Qarn huwa memoir ta’ transizzjoni, esej ta’ protesta, manifest poetiku, strateġija utopika, ittra ta’ mħabba. Romeo Roxman Gatt jiġi lura Malta għal żjara qasira, iżda aħbar ħażina ma tħallihx jitlaq lura Londra. Minflok, jibda vjaġġ ferm aktar impenjattiv, wieħed li minn dejjem kien jaf li xi darba għad ikollu jagħmel. Qarn huwa l-istorja tar-ritorn tiegħu lejn id-dar, il-lingwa u l-familja tiegħu, li jsir ukoll ir-ritorn lejh innifsu.