
Kultant lil Toby ma nifhmux. Ilbieraħ qalli li kif inkunu t-Toskana bi ħsiebu jieħu ħafna ritratti tas-sema. Għidtlu: "Mela s-sema ta' Malta u tat-Toskana mhux l-istess?!" Qalli: "Le, mhux l-istess!" U fetħilha. Dam siegħa jredden dwar kif l-ilma jeffettwa s-sħab, u l-baħar jeffettwa s-sħab, u l-għoljiet u l-muntanji u l-pjanuri u r-riħ u x-xemx kollha jeffettwaw is-sħab. Kemm kemm ma riedx jgħid li anki tazza 7-Up fuq il-bejt teffettwa s-sħab. Għidtlu: "Daqt jibdew jgħidulek li moħħok fis-sħab." Qalli: "Dak ikun kumpliment!"